Mitt sena mit-twaqqif ta' L-Għaqda Mużikali Marija Assunta Tal-Gudja

    L-Għaqda Mużikali Marija Assunta Tal-Gudja din is-sena tagħlaq mitt sena mit-twaqqif tagħha u 75 sena bħala banda.

    Il-kazin infetaħ f’Mejju 1919 u id-dmir tiegħu mit-twaqqif tiegħu kien li jieħu ħsieb il-festa tal-Madonna Taċ-Ċintura li tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru.Taħt il-Kappa tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta ssib il-fratellanza tal-Madonna Tac-Ċintura u l-karma Tan-Nar Madonna Taċ-Ċintura.

    Sabiex niċċelebraw dan l-anniversarju s-soċjetà ser ittella' kunċert vokali u strumentali fuq il-pjanċier artistiku tas-soċjetà fil-pjazza tal- Gudja taħt il-patroċinju tal-E.T it-tabib George Vella, President Ta’ Malta.

    Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Hermann Farrugia Frantz u d-data hija t-22 Ta’ Ġunju fi 8.30 pm. Dakinhar ser jinfetaħ il-każin mill-ġdid wara li sarulu xi xogħolijiet u modernizzar.