Sewwieq ta' mutur iweġġa' fil-Mellieħa

    Għawdxi ta' 22 sena min-Nadur weġġa' wara li kien involut f'ħabta ma' karozza fil-Mellieħa.

    Huwa kien għaddej minn Triq il-Manikata fuq mutur tal-għamla Kawasaki meta kien involut fil-ħabta ma' Opel Corsa misjuqa minn tfajla ta' 24 sena li toqgħod San Ġwann.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.