Boris Johnson jgħid li aktar ittardjar għal Brexit ikun ifisser diżastru għall-Konservattivi

    Boris Johnson wissa li mhux aċċettabbli li jkun hemm aktar ttardjar fi Brexit. Johnson qal li deċiżjoni li tista’ twassal għal aktar dewmien tista’ twassal għal diżastru għall-konżervattivi.

    Fl-appell tiegħu lis-segwaċi qal li r-Renju Unit għandha tħalli l-Unjoni Ewropea sal-31 ta’ Ottubru u aktar tlajjar ikun ifisser telfa elettorali għall-partit fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

    Huwa tkellem dwar is-suċċessi tiegħu fil-passat u li dawn jikkonfermaw li huwa l-aktar persuna kapaċi biex tegħleb lil Jeremy Corblyn.