''Meta tisimgħu sirena jew taraw dwal itepptpu ma nkunux sejrin għall-pastizzi''

    “Għeżież sewwieqa li taċċessaw it-toroq, meta tisimgħu d-daqq ta- sirena jew dwal ta’ emerġenza ftakru li ma nkunux sejrin nixtru l-pastizzi. Dak il-ħin inkunu qegħdin fi triqitna biex nħabbtu wiċċna ma sitwazzjonijiet li fihom ftit minuti jistgħu jkunu kruċjali biex insalvaw ħajja.” Hekk beda biex jikteb fuq il-profil wieħed mit-tobba li ta’ kuljum jagħtu servizz lill-pubbliku f’każ ta’ emerġenza.

    It-tabib kompla jappella biex l-istess sewwieqa jagħmlu spazju lil dawn il-vetturi u jindikaw il-manuvri li jkunu se jwettqu u mhux jabdu u jirfsu l-pedala tal-brejk b’tali mod li jispiċċaw xorta waħda jimblukkaw it-triq. 

    Huwa temm l-appell tiegħu bil-ħsieb “ħudu ħsiebna sabiex inkunu nistgħu nieħdu ħsiebkom”.