Pjan Strateġiku għal aktar ugwaljanza fil-parlament

    Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli waqt business breakfast bit-tema “An Inclusive Parliament - The Path Towards Gender Mainstreaming” wriet is-sodisfazzjon tagħha għall-interess li kien hemm fl-aħħar ġimgħat fir-rigward tar-riforma għal aktar ugwaljanza fil-Parlament. 

    Hija tkellmet dwar miżuri li tressqu quddiem il-parlament u li jistgħu jkunu ta’ rimedju għan-nuqqas ta’ rappreżentanza femminili li qiegħda taffettwa s-sistema politika ta’ pajjiżna.

    Is-Segretarju Parlamentari tkellmet dwar il-kollaborazzjoni tal-organizzazzjonijiet tan-nisa li kważi kollha wrew is-sapport tagħhom għal din il-ħidma biex tkun indirizzata l-iskarsezza tar-rapreżentazzjoni femminili fil-parlament ta’ Malta.

    Tkellmet dwar l-importanza tal-approvazzjoni tal-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca li bħala mara distinta fil-politika ta’ pajjiżna wkoll ħalliet l-marka tagħha fir-rigward ta’ dan is-suġġett. L-istess kellha xi tgħid dwar  Anġlu Farrugia bħala l-aġent President.

    Tkellmet dwar proċess li se jkun qiegħed jagħmel assessjar tal-implikazzjonijiet tan-nisa u l-irġiel li jinkludu l-leġislazzjoni u liġijiet fuq livelli differenti.

    Id-dokument propost huwa ‘Gender Equality Strategic Plan For The House of Rapresentatives’. 

    Dan il-pjan strateġiku se jkun qiegħed jirrevedi s-siġġijiet parlamentari u l-possibilità li Membri Parlamentari jingħataw iċ-ċans li jieħdu pożizzjoni fuq bażi volontarja u d-disponibbilità ta’ servizz ta’ chilcare. 

    Il-Kumitat Tekniku għat-Tisħiħ tad-Demokrazija rrakkomanda li  l-Ispeaker tal-Kamra jwaqqaf Kumissjoni li jħejji qafas stateġiku li jwassal għal gender mainstreaming fil-Parlament.