Elseid Hysaj jew Nelson Semedo ma’ Juventus?

    Wara li d-difensur Joao Cancelo ser jitlaq lil Juventus sabiex jingħaqad ma’ Manchester City, id-diriġenti Bianconeri qed ifittxu alternattivi sabiex isibu s-sostitut denju ta’ dan il-player.

    L-għażla tidher li waqgħet fuq żewg players u dawn huma Elseid Hysaj ta’ Napoli u Nelson Semedo ta’ Barcelona. Iż-żewġ players tilfu posthom mal-iskwadri rispettivi tagħhom u huwa għalhekk li talbu lill-aġent tagħhom sabiex isibulhom destinazzjoni oħra.

    Huwa hawnhekk fejn Fabio Paratici qed jaħdem bla heda sabiex jagħti lill-coach il-ġdid Juventin element b’saħħtu fuq in-naħa ta’ wara tal-ground. Sadanittant Hysaj għandu klawżola fil-kuntratt ta’ €50 miljun li trid titħallas b’Andrea Agnelli li mhux ser iħallas dik iċ-ċifra. B’hekk jista’ jkun li jduru fuq Semedo li jiswa ftit inqas mill-player Albaniż.