Fiorentina jiltaqgħu ma’ Luca Scolari

    Fiorentina qed jirsistu sabiex ikollhom amministratur ġdid fi ħdan il-club. Jidher li l-iktar kandidat favorit li jokkupa din il-kariga hu Luca Scolari, manager ta’ kalibru internazzjonali li kien dak il-bniedem li xpruna wkoll l-inawgurazzjoni ta’ “Davide Astori Playground” f’Betlehem.

    Hu kellu wkoll esperjenza ma’ Sampdoria taħt il-president Matteo Garrone filwaqt li ħadem mill-qrib ma’ Fabio Paratici u Beppe Marotta. Ftit taż-żmien wara kellu wkoll esperjenza ma’ Roma ta’ Franco Sensi. Xi diriġenti ta’ klabb Viola ser imorru fl-Istati Uniti fejn bħalissa Scolari għandu r-residenza tiegħu sabiex ikun hemm xi forma ta’ ftehim.