Suso ma’ Atletico Madrid?

    Milan qegħdin jaħdmu fuq is-suq tat-trasferimenti mhux biss fl-akkwisti tal-players iżda wkoll fil-bejgħ ta’ oħrajn. Wieħed minn dawn l-elementi fl-iskwadra li jista’ jħalli lill-club huwa l-midfielder offensiv Suso. Interessati għalih hemm Atletico Madrid li diġa’ kitbu lid-diriġenti Rossoneri sabiex jippruvaw jiksbu s-servizzi tiegħu.

    Il-Colchoneros ser jippruvaw jakkwistaw il-player u jħallsu wkoll il-klawżola ta’ €40 miljun li għandu fil-kuntratt. Suso kellu perjodi ta’ tlugħ u nżul mat-team minn Milan fejn wara bidu tajjeb bħal qisu ntefa’ fl-aħħar parti tal-istaġun. Huwa ngħaqad mal-club fis-sena 2015 fejn minn dakinhar ‘l hawn lagħab 110 partiti u skorja 20 goal. Il-player ta’ 25 sena għamel sena misluf ma’ Genoa u kellu ċ-ċans ukoll li jilbes il-flokkijiet ta’ Liverpool u Almeria.