“X’legat se nħallu għall-ġenerazzjonijiet futuri” … Perit jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sigurtà ta' binja f'każ ta' emerġenza

    “X’legat se nkunu qed inħallu għall-ġenerazzjonijiet futuri.” Hekk ikkummenta il-Perit Conrad Thake filwaqt li ppubblika ritratt ta’ binja ta’ sitt sulari li fihom jispikka d-djuqija tal-binja in kwistjoni.

    Apparti mil-lat estetiku, Thake wera t-tħassib tiegħu anke f’każ ta’ emerġenza bħal f’ċirkostanzi ta’ nirien. “L-aqwa żmien biex tkun perit,” kompla jgħid Thake.