[FILMAT] Ħelikopter b'inżul ta' emerġenza fuq skyscraper f'Manhattan!

    Dan il-filmat jaqbad il-mument meta ħelikopter għamel inżul ta’ emerġenza fuq skyscraper ta’ 54 sular f’Manhattan, New York. Wara l-inżul ta’ emerġenza, il-ħelikopter inħakem minn nirien u n-nies li kienu fil-binja ġew evakwati.

    Is-Servizz ta’ Salvataġġ ta’ New York qal li kaġun tax-xita u l-viżibilità ħażina, il-ħelikopter iġġarraf waqt li kien qed jipprova jagħmel l-inżul tiegħu fuq il-helicopter pad fuq is-saqaf tal-iskyscraper.

    In-nirien li ħakmu lill-ħelikopter kienu kkontrollati f’qasir żmien.