Aktar minn 100 pumpier jiffaċċjaw nirien qawwijin f'“inċident maġġuri” f'Londra

    F’sitwazzjoni li qed tiżvolġi bħalissa f’Londra, aktar minn 100 ħaddiem tat-tifi tan-nar issejħu biex jitfu nirien mill-aktar qawwijin li ħakmu lil blokka ta’ appartamenti. In-nirien tant huma qawwijin li l-pulizija lokali qed jiddeskrivu l-inċident bħala wieħed maġġuri.

    Fuq il-post intbagħtu 15-il vettura tat-tifi tan-nar. In-nirien ħakmu blokka ta’ appartamenti li tikkonsisti minn sitt sulari.

    Għadu mhux magħruf jekk indarabx xi ħadd f’dan l-inċident jew x’seta’ wassal biex jibdew in-nirien.