Busuttil se jattendi s-summit tal-EPP fi Vjenna

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil mistenni jattendi s-summit tal-Partiti Popolari Ewropej li se jsir għada fi Vjenna, l-Awstrija.

    Is-summit mistenni jiġbor flimkien mexxejja ta' pajjiżi stati membri fl-Unjoni Ewropea u oħrajn li mhumiex, gvernijiet minn pajjiżi fl-Ewropa kif ukoll kapijiet tal-Oppożizzjoni fi ħdan il-familja politika tal-EPP, flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso.

    Matul dan is-summit se jkunu diskussi diversi temi fosthom il-manifest eltorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru s-sena d-dieħla.

    Il-kelliema tal-PN dwar l-Affarijiet Ewropej Marthese Portelli u s-Segretarju Internazzjonali tal-PN, Trevor De Giorgio se jakkumpanjaw lil Busuttil.