“M’għandna qatt niġġeneralizzaw” … Membri tal-FAM isalvaw żewġt iklieb li ħarbu lis-sidien tagħhom

    “M’għandha qatt issir ġeneralizzazzjoni.” Hekk ikkummentat mara fuq il-midja soċjali hekk kif irreferiet għall-intervent ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jiġu salvati żewġt iklieb li ħarbu lis-sidien tagħhom. Il-klieb ġew salvati kmieni dalgħodu f’Ħal Luqa u issa reġgħu ngħaqdu flimkien mas-sidien tagħhom.