Attakkata l-lukanda Nixos fi Tripli … fiha kien jiltaqa’ l-Parlament

    Il-Forzi tal-Ġeneral Khalifa Haftar, tard matul il-lejl attakkaw il-lukanda Rixos al Nasr li tinsab fi Tripli. Il-lukanda li ġarrbet ħsarat kbar kienet isservi biex fiha jiltaqa’ l-Parlament. Sa issa l-kunflit fil-Libja għadu għaddej, bis-suldati ta’ Haftar miżmumin lejn in-naħa tan-nofsinhar ta’ Tripli.