Il-Pulizija tinvestiga dwar is-sejba ta' mutur li nstab f'għalqa bil-għan li jinstab min serqu

    Ftit ġimgħat wara li dan is-sit kiteb dwar l-għejbien tal-mutur ta’ Daniel Grech, fl-aħħar sigħat instab il-mutur imsemmi anke jekk f’kundizzjoni differenti minn kif kien qabel.

    Il-mutur instab ilbieraħ filgħaxija minn persuna li kienet għaddejja bil-kelb fl-inħawi ta' Birkirkara. Wara li lemaħ xi ħaġa mgħottija u l-kelb baqa’ jxammem iddeċieda li jċempel lill-Pulizija.

    F’kitba maħruġa minnu Grech irringrazzja lill-Korp tal-Pulizija li verament baqa’ determinat li jsib dan il-mutur u issa tinsab għaddejja investigazzjoni biex jinstab minn kien jew kienu l-persuna jew persuni li serquh.

    Dan is-sit tkellem mas-sid li qal li minkejja li l-mutur nstab b'xi partijiet neqsin, lanqas seta' jemmen lil għajnejh li wara kważi xahar kien qiegħed jerġa' jara l-mutur li tant kien għal qalbu.