THERESA MAY TGĦID LI SE TIRRIŻENJA FIS-7 TA' ĠUNJU

    F’konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-minuti ilu, il-Prim Ministru Theresa May qalet li se tkun qed tippreżenta r-riżenja tagħha nhar is-7 ta’ Ġunju li ġej.

    “Issa huwa ċar għalija li huwa fl-interess tar-Renju Unit li jkun Prim Ministru ġdid li jipprova jikkonvinċi lid-Deputati biex jappoġġjaw il-ftehim milħuq mal-Unjoni Ewropea għal Brexit,” qalet May.

    “Jien innegozjajt il-ftehim ta’ Brexit, u għamilt minn kollox biex nipprova nikkonvinċi lid-Deputat biex jappoġġjaw dan il-ftehim, madankollu ma rnexxilix nilħaq dan l-għan.”

    May qalet li s-suċċessur tagħha se jkollu jsib kunsens min-naħa tal-Membri Parlamentari dwar dan il-ftehim.

    “Kunsens se jkun possibbli jekk iż-żewġ naħat tal-Kamra jagħmlu kompromessi,” hija żiedet tgħid.