Burger King Malta tniedi self-ordering kiosks

    Burger King Malta għadha kif nediet numru ta’ self-ordering kiosks f’diversi restoranti bħala parti mill-istrateġija tal-marka tagħha biex tibqa’ ’l quddiem fl-industrija tar-restoranti b’servizz veloċi f’Malta. Dawn issibhom fir-restoranti tal-Burger King il-Mosta, Ħal Qormi, il-Belt, Tas-Sliema u l-Ajruport. 

    Il-klijenti jistgħu jordnaw li jridu minn dawn il-magni mingħajr ma joqogħdu jistennew fil-kju. Għalhekk ikollhom esperjenza aktar pjaċevoli fir-restoranti tal-Burger King. Tista’ żżid jew tnaqqas li trid mill-ikla tiegħek, u l-magna tindikalek tkunx insejt iżżid xi ħaġa ħalli jkollok ikla kif tixtieqha.

    Minbarra l-magni, fir-restoranti kollha tal-Burger King issa bdiet titħaddem ukoll sistema li tifred il-kju ta’ dawk li jkunu qed jistennew biex jordnaw mill-kju ta’ dawk li jkunu jridu jiġbru l-ikel li ordnaw diġà. Din is-sistema għandha żżid l-effiċjenza u tgħin biex il-klijenti jinqdew f’inqas ħin. 

    Is-Sur Kurt Micallef, Business Manager ta’ Food Chain Limited, qal, “Eċitati bit-tnedija ta’ dawn il-magni u se nkomplu nħarsu ’l quddiem għal aktar soluzzjonijiet innovattivi biex nibqgħu l-aħjar marka ta’ restoranti b’servizz veloċi f’Malta.”

    Il-franchise tal-Burger King hija operata f’Malta minn Food Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons.