Iqum bl-organu sesswali maqtugħ wara li jispiċċa f'sakra li ma jarax art

    Raġel fiċ-Ċina spiċċa jipprova jifhem x’kien ġara l-lejl li għadda wara li spiċċa bl-organu sesswali tiegħu maqtugħ.

    Skont rapporti barranin jidher li r-raġel li kunjomu huwa Tan u li għandu 44 sena qam jokrob bl-uġigħ u ftit istanti wara skopra li b’xi mod kien spiċċa bl-organu sesswali tiegħu maqtugħ “b’għodda li taqta’”.

    Huwa kien meħud lejn numru ta’ sptarijiet u kellu jiġi trasferit minn sptar għall-ieħor sakemm ingħaqad tim ta’ speċjalisti li rnexxielhom joperawh 15-il siegħa wara l-inċident.

    Il-każ seħħ fil-belt ta’ Huaihua aktar kmieni dan ix-xahar wara li r-raġel ħareġ jixrob mal-ħbieb u xorob kważi nofs litru baijiu (inbid Ċiniż b’medja ta’ 45% alkaħol).

    Wieħed mit-tobba inkarigati minn din l-operazzjoni delikata kien Wu Panfeng li qal li l-kulur tal-organu sesswali tar-raġel reġa’ ħa l-kulur normali ġimgħa wara l-intervent. Huwa żied jgħid li fl-operazzjoni saret tiswija fis-sistema u b’hekk fi ftit ġimgħat r-raġel mistenni jkun jista’ jkompli bil-ħajja sesswali tiegħu mingħajr l-ebda kumplikazzjonijiet.

    Ir-raġel irriffjuta li jgħid min seta’ għamillu hekk u jekk kellux ħjiel ta’ x’kienet ir-raġuni wara dan l-att krudili.