David De Gea ma jaċċettax l-offerta finali ta’ Manchester United

    Manchester United fallew fit-tentattiv finali tagħhom biex jorbtu lil David de Gea b’kuntratt ġdid.

    De Gea għadu kemm spiċċa it-tmien staġun tiegħu f’Old Trafford fejnil-player ta’ 28 sena lagħab 362 partita għar-Red Devils fil-kompetizzjonijiet kollha.

    Madankollu, il-goalkeeper irrifjuta numru ta’ opportunitajiet biex jestendi li l-kuntratt tiegħu hekk kif fadallu ftit aktar minn sena għat-tmiem tiegħu.

    De Gea ma aċċettax l-offerta finali tal-United, bit-termini msemmija ma’ jilħqux it-talba tal-paga tiegħu, dik ta’ €397,000 fil-ġimgħa.

    Il-United issa qed jikkunsidraw li jbiegħuh hekk kif jistgħu jitilfu lill-Ispanjol b’xejn.

    Paris St Germain qed juru nteress fis-servizzi tiegħu.