Ivan Rakitic segwit minn Manchester United

    Manchester United huma nteressati li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Barcelona, Ivan Rakitic.

    Rakitic jinsab kuntent mal-Katalani u ma jridx iħalli n-Nou Camp, iżda jihder li l-United qed iħejju offerta ta’ €54 miljun għall-internazzjonali Kroat.

    Ic-champions Spanjoli huma lesti li jbiegħu lil Rakitic  fis-sajf li ġej wara li diġá ffirmaw lil Frenkie de Jong mingħand Ajax f’Jannar li għadda.

    Barcelona jridu wkoll jiġbru l-fondi biex ikunu jistgħu jakkwistaw aktar players qabel l-istaġun li jmiss u jidher li trasferiment għalplayer ta’ 31 sena huwa meqjus bħala negozju tajjeb.