[FILMAT] “Kunsill Lokali m’għandux jibqa' wieħed tal-bankini u t-toroq”

    Tkellimna ma’ Adrian Dominic Ellul, Kandidat għall-Partit Laburista għall-Kunsill ta’ San Ġiljan. Fost it-temi diskussi: San Patrizju, l-irwol tal-Kunsill Lokali, u kif sejrin jiġu ndirizzati l-bżonnijiet tar-residenti fi ħdan din il-lokalita…

    X’ġiegħlek tagħżel li terġa titfa’ n-nomina tiegħek għall-Kunsill ta’ San Ġiljan? U għalfejn għażilt lill-Partit Laburista?

    Jiena diġa kelli esperjenza ta’ ħames snin taż ħidma ġewwa l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan. Dak li ġiegħelni nerġa nikkontesta din l-elezzjoni, f’isem il-Partit Laburista, hija raġuni pjuttost ovja: Għad fadal ħafna x’isir.

    Tul dawn il-ħames snin, wassalna u ġibna ħafna riżultati konkreti u tanġibbli għar-residenti ta’ San Ġiljan. Iżda nemmen li l-politika, mhix kemm għamilt, iżda x’għad fadal x’isir. 

    La semmejt ix-xogħol li sar matul dawn l-aħħar ħames snin, x’kienu l-iktar proġetti li inti kburi bihom?

    Kien hemm żoni ġewwa San Ġiljan li kienu totalment minsija għal dawn l-aħħar erbgħin sena. Insemmi waħda minnhom, iż-żona ta’ Ta Giorni, li hija miżgħuda housing estates. Ir-residenti hawnhekk kienu qegħdin jgħixu f’kundizzjonijiet mhix adekwati: il-manutenzjoni tat-toroq kienet assenti għall-aħħar, kif ukoll sistema ta’ ġbir ta’ skart li ma kinitx qegħda tlaħħaq mad-domanda, u b’hekk kienet qegħda tħalli impatt negattiv fuq is-sanita taż-żona. Bħala Kunsill, u bħala tim ta’ Kunsilliera, ħdimna flimkien biex nindirizzaw dawn l-isfidi: wassalna l-messaġġi biex it-toroq isiru, għamilna pressjoni fuq l-awtoritajiet biex ċertu problemi strutturali jiġu ndirizzati, u kuntent ngħid li r-riżultat, fl-aħħar mill-aħħar, jidhru biċ-ċar. Il-kwalita ta’ ħajja tjiebet sinjifikament għar-residenit ta’ din iż-żona, pero meta tkun qiegħed tagħmel il-house visits, tinduna kif għalkemm sar ħafna, hemm ħafna iktar x’isir.

    Semmejt żona partikolari, pero bħala lokalita in ġenerali, x’inhuma l-ikbar sfidi li qiegħed jiffaċċja San Ġiljan?

    L-ikbar sfida hija l-iżvilupp, u l-bżonn ta’ bilanċ. Li tkun Kunsillier ġewwa din iż-żona mhijiex xi ħaġa daqshekk faċli: Filwaqt li f’lokalitajiet oħra inti tkun qiegħed tirrapreżenta lir-residenti, f’San Ġiljan trid tirrapreżenta r-residenti waqt li tħabbat wiċċek ta’ kuljum ma’ kommunita ta’ żviluppaturi u intrapriżi li qegħdin joperaw ġewwa din il-lokalita. Din iġġib l-isfidi tagħha. L-interessi ta’ dawn iż-żewġ kommunitajiet mhix dejjem jaqblu flimkien.

    Per eżempju, fuq kwisjtonijiet ta’ żvilupp, il-pożizzjoni tal-Kunsill dejjem kienet ċara, pero ovjament, il-pożizzjoni ta’ partijiet oħra mhix dejjem qablet ma’ residenti u l-Kunsilli Lokali.

    Dan il-bilanċ, jista jintlaħaq? U x’jista jsir biex titjieb l-element ta’ kommunikazzjoni li hemm bżonn bejniethom?

    Din hija mistoqsijia li niffaċċjaw ħafna. Fil-verita, mhix xi ħaġa faċli: Kif tista tara, l-interessi ta’ dawn iż-żewġ kommunitajiet mhix dejjem jimxu fl-imkien. Pero, x-xogħol tal-Kunsill Lokali huwa li jlaqqa liż-żewġ partijiet, u jipprova joħloq bilanċ f’kwalunkwe operat tal-lokalita, li jlaqqa l-interessi tal-kommunita kummerċjali ma’ dik residenzjali.

    Eżempju ta’ dan huma ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju, li din is-sena kienet is-suġġett ta’ diskussjoni pubblika, forsi iktar minn snin preċedenti. Fl-opinjoni tiegħek, għandhom jew ma jibqgħux jibqgħu 

    Inkunu risponsabbli jekk naqbdu ngħidu fejn għandhom iseħħu dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Kemm is-Sindku, u kif ukoll Kunsilliera oħra, kienu tkellmu fuq dan ir-rigward: Jiena personalment, f’intervista passata, kont għidt li bħala Kunsill, aħna obbligati li noħolqu koordinament mal-kommunita kummerċjali, biex dawn iċ-ċelebrazzjonijiet iħallu l-inqas impatt possibbli fuq ir-residenti.

    Ħafna nies fehmu dak li ntqal bħala dikjarazzjoni li aħna bħala Kunsill favur dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Fil-verita, il-fulkru veru tal-kwistjoni huwa dan: Jekk inti, bħala Kunsill Lokali, minħabba li dawn huma ċelebrazzjonijiet spontanji u mhix organizzati mill-Kunsill, jekk min-naħa tagħna ma nidħlux bħala koordinaturi, x’jiġri? Kulħadd imur għal rasu u jkollok kaos ikbar milli dak jinqala.

    Kunsilliera sħabi pproponew ukoll li din l-attivita għandha ssir ġewwa post alternattiv: issemma Ta’ Qali fost l-oħrajn. Għalkemm hija soluzzjoni posisbbli, nemmen li din ma ssolvix il-problemi kollha. Jekk inti drajt u tippreferi tiċċelebra dawn l-affarijiet sewwa San Ġiljan, meta l-lokalita tagħna hija waħda sinonima ma’ ċelebrazzjonijiet f’festi differenti, mhix bilfors taqbel li tmur tiċċelebra f’lokalita alternattiva. Li bħala Kunsill tabqad ċċaqlaq l-attivita’ barra minn San Ġiljan, mgħandekx garanzija li din se tkun ta’ suċċess. Anzi, kapaċi jinqala l-każ li n-nies imorru xorta jiċċelebraw, bħas-soltu, ġewwa San Patrizju,  u l-Kunsill jsib ruħu fuq sieq waħda. Minflok ssolvi l-problema, tkun qiegħed toħloq oħra.

    Min-naħa tagħna, l-interess tagħna huma dejjem ir-residenti, u dan huwa suġġett li jolqot fil-laħam il-ħaj ta’ ħafna minnhom. S’isas, din il-kwistjoni ġiet diskussa b’mod informali, pero nittama fil-leġislazzjoni formlai, ikollna ċ-ċans niddiskutu aktar din il-kwistjoni b’mod uffiċċjali mar-residenti u l-partijiet kollha involuti, għall-ġid tar-residenti. 

    San Ġiljan hija lokalita li hija demografikament kumplessa, b’taħlita ta’ nazzjonijiet u oriġini differenti. Bħala Kunsill, x’jista jsir biex jibqa jkun hemm vejikolu ta’ kommunikazzjoni ċara bejn il-Kunsill u r-residenti kollha tagħha?

    Bħala nies ta’ San Ġiljan, l-ikbar problema ta’ ċertu persuni huwa n-nuqqas ta’ rispett: mhix l-ewwel darba li nkun f’house visit, u nisimgħu grupp ta’ studenti jagħmlu xenata barra. Din hija problema li toqlot lir-residenti f’kwalunkwe ħin, u hija problema ikbar meta tikkunsidra l-popolazzjoni residenti ġewwa din il-lokalita qegħda iktar u iktar tixjieħ. Hija sfida biex tirrikonċilja kommunita li ilha preżenti f’din il-lokalita għal erbgħin u ħamsin sena, ma’ kommunita li San Ġiljan tarah tmien siegħat kuljum għax-xogħol jew għall-edukazzjoni tiegħu.

    Min-naħa tagħna, l-imbutattura li bħala Kunsill għamilna matul dawn l-aħħar snin, kienet li nassiguraw li dawn l-istudenti jimxu mar-regoli. Nammetti li dan mhix dejjem jirnexxa: Ċertu każi ta’ vandaliżmu fil-lokalita għadu eżistenti, u ħafna drabi jinqala prevalenti minn żgħażagħ taħt l-effett tal-alkohol. Pero nisħaq li dawn huma proporzjon żgħir ħafna tal-istudenti, u l-inċidenti naqsu b’mod tanġibbli matul dawn l-aħħar snin. Madanakollu, imma hemm bżonn ta’ iktar sorveljanza f’ċertu postijiet, u affarijiet oħra.

    Introduċejt lilek innifsek bħala żgħażugħ, li huwa element importanti ħafna għall-politika, speċjalment għall-Kunsilli Lokali tal-irħula tagħna. Fl-esperjenza tiegħek, x’atteġġjament hemm lejn iż-żgħażagħ mill-votanti Maltin? Huma lesti li jafdaw fihom?

    L-eta inħoss li huwa fattur: Meta nitkellmu fuq żgħażagħ, dan huwa grupp imħallat ħafna, fejn għandek age bracket ta’ għoxrin sena (teknikament, ż-żgħażagħ huma dawk ta’ bejn 15 sa’ 35 sena, pero ċertu definizzjonijiet tinkludi etajiet oħra wkoll). Kollha għandhom l-idejat tagħhom, speċjalment kif iħarsu lejn il-politika.

    L-idejal tiegħi huwa li, jekk inti tajjeb biżżejjed, għandek eta biżżejjed. Il-fatt li inti għadek f’eta żgħażugħa, il-vuċi tiegħek għandha tingħata importanza daqs ta’ persuni oħra.

    Bħala San Ġiljan, li huwa post demografikament imħallat, issib minn kollox. Pero hemm xi ħaġa li tibqa konsistenti: Li toqgħod d-dar u ma tivvutax, qiegħed tkun ta’ disservizz għall-lokalita nnifisha.

    Irridu nirrikonoxxu pero, li r-residenti tipikament Ġijaniżi, ħafna minnhom huma avvanzati fl-eta, li għandhom l-ilmenti speċifiċi tagħhom: Foshtom l-indafa, u l-aċċessibilita tat-toroq u tal-bankini tagħhom.

    Għandek ukoll kwisjtoni ta’ aċċessibilita interna: Uħud mill-familji li jgħixu ġewwa ċertu bini residenzjali mgħandhomx lift. Hemm każijiet fejn f’blokka ta’ sittax il-familja, l-erba’ familji ta’ fuq għad mgħandhomx aċċess biex jinżlu, speċjalment jekk ibagħtu minn kundizzjonijiet mediċi u kroniċi. Iltqajt ma nies li ilhom ma joħorġu mid-dar xhur, għax mgħandhomx aċċess. Danw huma problemi li bħala Kunsill ma tantx għandna remtu fuqhom, pero bħala Kunsilliera u bħala umani, huwa l-obbligu tagħna li nidħadtu fuqhom, u nitkbu fuqhom.

    Ħafna nies jqisu lill-Kunsill Lokali bħala organu ieħor tal-istat, entita dgħjafa li ma tħallix daqshekk effett kruċjali fuq il-ħajja ta’ kuljum. Ma naqbilx: nemmen li l-kunsill huwa organu integrali għall-kommunita lokali, fejn kull resident jista juża leħnu u jindirizza il-problemi eżistenti. Huwa l-messaġġier, il-pont bejn il-Gvern ċentrail u r-resident.

    Allura, x’inhija l-viżjoni tiegħek fuq il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan?

    Nemmen li bħala kunsill, wieħed mill-għanijiet tagħna għandu jkun li  ma nibqgħux il-Kunsil Lokali tal-bankini u tat-toroq. In-nies u ir-residenti ma jgħixux bit-toroq biss: Għandhom ħtiġijiet oħra. Hemm ċertu servizzi li f’San Ġiljan huma nieqsa, bħal nuqqas ta’ ATM ċentrali, kif ukoll ċentur jew berġa tas-saħħa fir-raħal. Ċertu residenti f’San Ġiljan mhux qegħdin jintlaqtu sew mis-servizz tat-trasport pubbliku, tant li jispiċċaw iqattgħu ħinijiet twal jistennew, jew jimxu. NIfhmu li l-problema, fi żminijiet preċedenti, kienet ħafna ikbar, pero xorta għadha ma ġietx solvuta.

    Bħala San Ġiljan, hemm ċertu aspetti li għandhom numru ta’ nuqqasijiet, speċjalment minħabba d-demografija. Iż-żona ta’ Ta Giorni sal-lum mhemmx ATM.

    L-appell aħħari tiegħi huwa dan: Il-Kunsill Lokali mgħandux jibqa wieħed insulari, iżda għandu jkun wieħed viċin in-nies, li jindirizza s-setturi l-iktar kruċjali, u li jkun pjattaforma għar-residenti ta’ kull forma ta’ eta, sfond u twemmin politiku.