Dries Mertens ser iġedded ma’ Napoli

    Il-player li kien fuq fomm kulħadd fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien l-attakkant Belġjan ta’ Napoli Dries Mertens li kien il-protagonista prinċipali fir-rebħa li l-Partenopei kellhom kontra Inter bl-iskor ta’ 4-1. Fil-fatt huwa skorja wieħed mill-goals filwaqt li wettaq assist li bih Fabian Ruiz skorja r-raba’ goal tal-logħba.

    Jidher li Mertens ser ikun parti mill-pjan ta’ Napoli għall-ġejjieni meta mistenni jiffirma kuntratt ġdid sas-sena 2022. Il-coach Carlo Ancelotti jara lil dan il-plejer bħala wieħed ideali għall-iskwadra l-ġdida tiegħu u għalhekk qed iħajru jibqa’ ftit iktar magħhom. Ma’ Napoli hu skorja 108 gowl u jinsab fit-tielet post tal-aqwa skorers ta’ kull żmien tal-Partenopei wara Diego Armando Maradona (115 goal) u Marek Hamsik (123 goal).

    Mertens għandu 32 sena u jaqla’ €4.5 miljun kull staġun.