Pep Guardiola ma’ Juventus?

    Il-media Taljana ħabbret li Juventus laħqu ftehim mal-coach ta’ Manchester City, Pep Gurdiola, biex ikun is-suċċessur ta’ Massimiliano Allegri li tkeċċa fil-jiem li għaddew wara li mexxihom għar-rebħ ta’ ħames kampjonati konsekuttivi. Huwa se jingħata kuntratt ta’ erba’ snin.

    Peró din l-aħbar għad trid timmatura u wieħed jistenna stqarrija ta’ konferma min-naħa tal-club Juventin.