Andrea Cossu jinħatar direttur tekniku ta’ Cagliari

    L-ex player ta’ Cagliari Andrea Cossu ser ikun qed ikompli l-avventura tiegħu f’Sardenja hekk kif ġie maħtur bħala d-direttur tekniku tal-club. Cossu lagħab disa’ staġuni mal-Iżolani fejn lagħab 270 partita, skorja 12-il goal u wettaq 58 assist. Hu ddikjara mħabba eterna mal-club u huwa għalhekk li l-ogħla awtoritajiet ippremjawh b’dan ir-rwol.

    Xogħlu ser ikun li jiskopri talenti ġodda, iħajjarhom jingħaqdu mal-klabb u filwaqt li jindokrahom jara li jidħlu sew fit-team. Fl-istess ħin ser ikun qed jieħu ħsieb il-lat tekniku tal-ewwel team li matul dan l-istaġun qed jokkupa n-nofs tal-klassifika tas-Serie A.

    Illum il-ġurnata Cossu għandu 39 sena u kellu x-xorti jirrapreżenta lil pajjiżu darbtejn.