Imut is-sewwieq leġġendarju tal-F1 Niki Lauda

     

    Is-sewwieq leġġendarju tal-Formula Wieħed Niki Lauda miet fl-età ta’ 70 sena, disa’ xhur wara li kien għamel trapjant tal-pulmun.

    Is-sewwieq Awstrijakk kien rebaħ it-titlu tas-sewwieqa għal ferrari fl-1975 u l-1977, u kien rebaħ it-tielet titlu tiegħu ma’ McLaren fl-1984.

    Għal bosta huwa se jibqa’ mfakkar għall-irkupru li rnexxielu jagħmel meta kien involut f’inċident ikrah fil-Grand Prix tal-Ġermanja tal-1976, f’liema inċident sofra ħruq kbir.

    Wara l-karriera ta’ suċċess li kellu bħala sewwieq, huwa kien fetaħ linja tal-ajru. Madankollu xorta waħda baqa’ attiv fil-Formula Wieħed tant li għal dawn l-aħħar snin kien ċermen mhux eżekuttiv għat-tim ta’ Mercedes.

    Bosta jqisuh bħala li kien strumentali biex is-sewwieq Lewis Hamilton iħalli lil McLaren biex jingħaqad ma’ Mercedes.