Maqtula mara trans ġender ftit ġimgħat wara li sfat attakkata u msawta

    Muhlaysia Booker, mara trans ġender ta’ 23 sena, sfat maqtula b’tiri ta’ arma tan-nar f’Dallas, Texas. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin hekk kif il-mottiv wara dan il-qtil li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għadda, għadhom mhumiex magħrufa.

    Ix-xahar li għadda Booker sfat attakkata f’aċċident tat-traffiku li kien miġbud fuq vidjow u aktar tard imxandar fuq il-medja soċjali. Il-pulizija ta’ Texas ma qalux jekk il-mara rċevietx theddid għal ħajjitha qabel ma seħħet l-isparatura fatali.

    Huma qalu li m’hemm ebda provi li l-qtil huwa marbut ma’ Edward Thomas, ir-raġel ta’ 29 sena li kien mixli bl-attakk fuqha f’April li għadda.

    Waqt l-aċċident tat-traffiku Booker qalet li saqet lura fuq vettura oħra hija hu tirriversja mill-parking li kienet fih. Huwa allegat li s-sewwieq ipponta arma tan-nar lejha u ma ħallihiex titlaq jekk ma tħallsux tad-danni li sofra.

    Il-pulizija qalet li folla li nġabret madwar iż-żewġ sewwieqa u persuna offriet lir-raġel €180 biex isawwat lil din it-trans ġender. Vidjow tal-aċċident juri lil Thomas jilbes par ingwanti u jagħti daqqiet ta’ ponn lil Booker għal diversi drabi.

    Persuna oħra kienet arrestata talli tat daqqiet ta’ sieq f’wiċċ Booker, iżda ma kienx mixli għal dan l-aġir abbużiv.

    Statistika turi li persuni trans ġender, b’mod speċjali nisa trans ta’ karnaġġjun skura, huma tabilħaqq l-akbar ammont fost il-vittmi ta’ attakki vjolenti. F’ħafna każi, bħal fil-każ ta’ Booker, il-vjolenza tant tkun qawwija li tispiċċa f’waħda fatali.

    Skont il-Kampanja għad-Drittijiet tal-Bniedem (HRC), mill-inqas 26 persuna trans inqatlu fl-Istati Uniti s-sena l-oħra u l-maġġoranza tagħhom kienu nisa trans Afro-Amerikani.