Man Utd irid jħallsu €68 miljun għal Aaron Wan-Bissaka

    Manchester United ġew infurmati li se jkollhom iħallsu €68 miljun jekk jridu jiffirmaw lill-player ta’ Crystal Palace, Aaron Wan-Bissaka, fis-sajf li ġej.

    Il-United huma mistennija li jkunu fis-suq għal difensur lemini ġdid u r-Red Devils ġew assoċjati ma’ Wan-Bissaka.

    Il-player ta’ 21 sena għad fadallu tliet snin fuq il-kuntratt attwali tiegħu f’Selhurst Park għalkemm il-Palace ivvalutaw lill-internazzjonali Ingliż ta’ Taħt il-21 sena €68 miljun.

    Wan-Bissaka ddebutta fil-Premier fi Frar 2018 u lagħab 35 partita tal-kampjonat f’dan l-istaġun.