Vincent Kompany item il-karriera tiegħu ma’ Manchester City

    Il-finali tal-FA Cup kontra Watford kienet l-aħħar partita ma’ Manchester City tad-difensur internazzjonali Belġjan, Vincent Kompany.

    B’hekk huwa temm karriera ta’ 11-il sena mas-Citizens li fihom lagħab 360 partita u skorja 20 goal. Matul dawn is-snin Kompany rebaħ erba’ kampjonati, darbtejn l-FA Cup u erba’ darbiet il-League Cup.

    Huwa sar ukoll l-ewwel captain li rebaħ it-Treble domestiku hekk kif f’dan l-istaġun Manchester City rebħu l-Premier League, l-FA Cup u l-League Cup.