L-Italja terġa’ tagħlaq il-portijiet… 47 immigrant bejn sema u ilma

    Bastiment tal-organizzazzjoni Sea Watch jinsab bejn sema u l-ilma u dan hekk kif il-Ministru tal-Intern, Taljan, Matteo Salvini għal darba oħra ordna li jingħalqu l-portijiet Taljani. Abbord il-bastiment kien hemm 65 immigrant, fejn 17 li huma familji tħallew jinżlu l-art l-Italja waqt li 47 għadhom fuq il-bastiment.

    Salvini qal li “ordnajt li jingħalqu l-portijiet. Il-portijiet Taljani huma u se jibqgħu magħluqin għal bastimeni li jsalvaw l-immigranti”.