Is-suldati arrestati jaħdmu f’sezzjonijiet differenti fl-AFM

    Hekk kif il-Pulizija komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom b’rabta mal-arrest ta’ żewġ suldati tal-AFM, Francesco Fenech miż-Żejtun u Lorvin Scicluna minn Raħal il-Ġdid, qed isir magħruf li dawn jaħdmu f’sezzjonijiet differenti tal-AFM.

    Inewsmalta tinsab infurmata li ż-żewġ suldati jaħdmu f’sezzjonijiet dfferenti, b’wieħed mis-suldati Francesco Fenech jidher li anke kien intbagħat l-Italja għal taħriġ. 

    Iż-żewġ suldati kienu arrestati b’rabta mal-qtil tar-raġel mill-Kosta tal-Ivorju, Lassana Cisse Souleyman ta’ 42 sena, u l-attentat ta’ qtil ta’ żewġ irġiel oħra li seħħew nhar is-6 ta’ April li għadda f’Ħal Far.

    Il-vittmi kienu jinsabu mexjin f’Birżebbiuġa fid-direzzjoni ta’ Ħal Far u kienu għaddejjin minn Triq tal-Ġebel għall-ħabta tal-11.00 p.m. meta ġew sparati tiri minn karozza.

    Apparti li nqatel Cisse Souleyman, f’dan l-inċident indarbu wkoll raġel ta’ 22 sena mill-Guinea u raġel ta’ 28 sena mill-Gambia.

    Cisse Souleymane, missier ta’ tlett itfal miet fuq il-post wara li ntlaqat minn tiri f’rasu. Iż-żewġ vittmi l-oħrajn instabu fl-istess triq ftit ’il bogħod mill-vittma.