Paris St-Germain jiltaqgħu mal-aġent ta’ Griezmann

    Paris St-Germain iltaqgħu mar-rappreżentanti ta' Antoine Griezmann hekk kif huma lesti li jmorru ras imb’ras ma’ Barcelona għall-firma tal-attakkant ta’ Atletico Madrid.

    Griezmann ikkonferma aktar kmieni din il-ġimgħa li se jħalli lilAtletico fl-aħħar tal-istaġun minkejja li ffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin mal-klabb fis-sajf li għadda.

    Barcelona huma l-favoriti li jiffirmaw ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, minkejja li rrifjuta li jingħaqad magħhom  is-sena l-oħra.

    Madankollu, iċ-champions Spanjoli jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni mingħand PSG għall-firma tal-player ta’ 28 sena wara li ċ-champions Franċiżi iltaqgħu mal-aġent tiegħu.

    Il-klawsola tiegħu hija dik ta’ €120 miljun. Huwa ngħaqad ma’ Atletico fl-2014 u skorja 133 goal f’256 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.