“Qed nistennew lill-Ewropa tilqa’ s-65 immigrant salvati”

    L-organizazzoni Sea Watch għadha kif iddikjarat li l-gwardji tal-kosta Libjani ddikjaraw li mhux kompetenti biex jieħdu grupp ta’ 65 immigrant salvati minn Sea Watch. Quddiem din id-dikjarazzjoni Sea Watch qalet li qed tistena li l-Ewropa tiftaħ il-portijiet tagħha għal dawn l-immigranti. Fost dawn l-immigranti hemm 11-il mara, żewġt itrabi, ħamest iftal u tmien minuri mhux akkumpanjati.