Daniele De Rossi ikkuntattjat minn clubs barranin

    Wara li l-captain ta’ Roma Daniele de Rossi ħabbar li mhux ser ikompli jilgħab mal-Giallorossi, diġa’ kien hemm xi clubs barranin li kellmu lill-player ta’ 36 sena fit-tentattiv li jħajruh jingħaqad magħhom. Jidher li hemm spekulazzjoni li De Rossi ser ifittex klabb barrani sabiex jibqa’ juri fedelta’ fit-team li libes il-flokk tiegħu għal 18-il sena sħaħ.

    Xi timijiet mill-Major League Soccer Amerikana diġa’ kellmu lill-plejer iżda fost l-oħrajn kien hemm kuntatt bejnu u bejn l-eks plejer ta’ Roma Nicolas Burdisso. Dan tal-aħħar għadu jkellem sew lil De Rossi minħabba li baqgħu ħbieb.

    Bħalissa dan l-ex player Arġentin qed jokkupa l-kariga ta’ direttur sportiv fi ħdan Boca Juniors u qed jingħad li ħajjar lil De Rossi jingħaqad magħhom. Dan tal-aħħar minn dejjem jammira lil dan it-team Arġentin u f’dan l-istadju kollox jista’ jiġri. Li hu żgur hu li De Rossi ser ikollu sajf impenjattiv sabiex jagħrbel kemm jista’ it-team li jaqbillu jingħaqad miegħu.