Id-Dwana taqbad kontejner bi żraben tal-futbol foloz … kienu moħbijin wara konsenja ta' tazzi tal-plastik

    Wara li jumejn ilu d-Dwana qabdet erba’ kontejners b’eluf ta’ ħwejjeġ u blalen tal-futbol foloz, illum ġie interċettat kontejner ieħor fil-Freeport li kien qed iġorr eluf ta’ żraben tal-futbol foloz.

    Minn dan il-kontejner ġew elevati 5,370 par żarbun tal-futbol, li kienu moħbijin wara kunsinja ta’ 1,120 tazza tal-plastik.

    L-oġġetti kollha maqbuda rriżulta li huma kollha kontrafatti wara li rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanijiright holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati , ikkonfermaw l-illegalità ta’ dawn il-konsenji, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tal-propjetà intellettwali.

    Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.