Jisħqu li sabu kura rivoluzzjonarju għall- kanċer … Iżda t-terapija għandha spiża projbittiva għalissa

    Tabib Awstraljan u t-tim tiegħu ta’ xjenzati qed jisħqu li sabu trattament rivoluzzjonarju li huma jemmnu li eventwalment jaf ikun il-kura għall-kanċer.

    Dr Ken Micklethwaite saħaq li t-trattament ġdid jagħmel użu minn ċelloli modifikati tas-sistema tal-immunità, li tfittex għaċ-ċelloli tal-kanċer li s-sistema immunitarja ma tkunx tista’ ssib u teqridhom.

    “Aħna nieħdu lil dawk iċ-ċelloli tas-sistema immunitarja li ma jkunux jistgħu jsibu l-kanċer, u ninserixxu fihom ġene li jippermettilhom li jsibu u jirrispondu u joqtlu liċ-elloli tal-kanċer,” huwa żied jgħid waqt intervista.

    It-trattament intuża fl-Istati Uniti u kiseb rata ta’ suċċess ta’ bejn 70% u 80% wara li reċentement kien approvat mill-Amministrazzjoni Amerikana għall-Ikel u d-Droga.

    L-ispiża madankollu hija projbittiva għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti, b’kull trattament jiswa madwar nofs miljun dollaru.

    Intant Dr Micklethwaite u t-tim tiegħu qed jaħdmu biex inaqqsu l-ispiża ta’ dan it-trattament għal madwar $10,000 kull doża.