Belti arrestat b'rabta mal-ħruq tal-Ark ta' San Publju

    Belti ta’ 33 sena ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta mal-ħruq tal-Ark ta’ San Publju fil-Floriana.

    L-Ark kien inqered għal kollox min-nirien nhar is-27 ta’ April li għadda. Għal dawn l-aħħar ġimgħat kienet għaddejja investigazzjoni konġunta bejn l-Pulizija mid-Distrett tal-Belt Valletta u l-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.

    L-ark tal-festa ta’ San Publju l-Floriana ntrama’ għall-ewwel darba 120 sena ilu. Minħabba in-nirien, erba’ karozzi oħra ħadu wkoll in-nar.  L-ark kien armat fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq San Publju.

    Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti matul il-ġurnata tal-lum.