''Għad hawn min qiegħed jabbuża mill-Blue badge... il-liġi qiegħda hemm għal kulħadd''

    “Nikteb dawn it-tip ta' messaġġi b'dispjaċir però b'xi mod il-messaġġ irid jasal. Jien qiegħed hemm biex nissalvagwardja d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u f'kull istanza hekk nara li nagħmel.” Hekk beda biex jgħid il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna b’reazzjoni għal rapporti ta’ persuni li qegħdin jabbużaw mill-‘Blue Badge’.

    Scicluna qal li hemm persuni jew familjari ta’ persuni li qegħdin jabbużaw minn din il-badge u agħar minn hekk meta jittieħdu passi jkun hemm minfuq ikun irid jieħu tiegħu.

    Scicluna appella biex kulħadd ikun responsabbli ta’ għemilu. Huwa temm jgħid li bħalma jaħdem għad-drittijiet, għandu l-obbligu li jitlob għal investigazzjonijiet meta jirċievi rapporti ta’ abbuż.