Triq Burmarrad magħluqa wara inċident... sewwieq ta' mutur l-isptar

    Sewwieq ta' mutur kellu jittieħed l-isptar wara inċident li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tas-6.15 p.m fi Triq Burmarrad.

    Minn stħarriġ illi sar jidher li seħħet ħabta bejn mutur u vettura tal-għamla Toyota.

    Is-sewwieq tal-mutur li huwa żagħżugħ ta' 21 sena residenti San Pawl il-Baħar kellu jittieħed lejn l-isptar Mater Dei għall-kura.

    Il-kundizzjoni ta' dan tal-aħħar għadha mhix magħrufa.