Twaqqaf il-karriera tagħha wara li skopriet dwar il-mard ta' missierha... il-karriera ta' Britney Spears jaf tinsab fit-tarf

    Skont il-maniġer ta’ Britney Spears, jista’ jagħti l-każ li l-kantanta twaqqaf il-karriera tagħha biex tiffoka fuq is-saħħa mentali. Fl-aħħar xhur il-kantanta kkanċellat dak li kellha pjanat għal Las Vegas wara li kellha tagħmel diversi jiem ta’ rijabilitazzjoni. Dan seħħ xi jiem wara li Jamie Spears, missierha żviluppa mard serju u bintu għażlet li twaqqaf kollox biex tkun tista’ tgħinu. Il-maniġer tagħha Lorry Rudolph qal li dan l-episodju affetwaha ħażin u jaf jagħti l-każ li jkun aħjar għaliha li ma terġax tirfes fuq il-palk.

    Huwa żied jgħid li l-kantanta ta’ 37 sena kienet waqt il-provi u kienet viċin li tikkonkludi għall-vjaġġ tagħha lejn Las Vegas meta skopriet dwar l-emerġenza medika ta’ missierha.

    Meta mistoqsi dwar x’se jkun l-irwol tiegħu f’dan l-istadju huwa qal li hu dejjem għamel l-aħjar għaliha u li ma jixtieqx li jagħmel pressjoni fuqha. Żied jgħid li jekk jasal żmien meta l-kantanta ddur lejh biex ikomplu fejn ħallew hu se jkun hemm iżda ma jasal qatt jgħidilha jekk hi għandhiex tkompli jew le.