“Mhux sew li ninqdew bil-marda tal-kanċer għall-politika”... Bosta pazjenti tal-kanċer ma jaqblux mal-użu tal-billboard

    “Seta' għamlu min għamlu għax xorta nemmen li mhux sewwa ninqdew bil-marda tal-kanċer. Trid tkun fis-sitwazzjoni biex tara xi tħoss meta tara billboard bħal dan.”

    Hekk qalet fuq il-midja soċjali Carmen Formosa, li għaddiet minn din il-marda, wara li ħassitha mweġġa’ bil-mod kif intuża billboard biex iwassal il-messaġġ. “Il-kanċer huwa f’idejn Alla. Jekk id-destin hu li mmut ta’ 49 l-ebda kura ma twaqqfu. Kura hawn kemm trid u stagg mill-aħjar imma xorta jibqa’ l-fatt li min jgħaddi minn din il-marda għandu ħajtu dejjem imbeżża’ u ma tieħux gost b’dawn it-tip ta’ billboards.”

    Bosta kienu dawk li kkummentaw fuq il-midja soċjali fejn minn naħa kien hemm min ma ra xejn ħażin f’dan il-billboard imma kien hemm min saħansitra qalu li “missew il-qiegħ” u li huwa tassew “tal-mistħija”. “Bil-mard se tinqdew? M’għandkomx idea minn xix ikun għaddej il-poplu”.

    Ħafna huma dawk in-nies li qed jitolbu biex dan il-billboard jitneħħa.