Sitwazzjoni xejn sabiħa għal Parma

    Is-sitwazzjoni fil-belt ma’ Parma xejn m’hi daqshekk sabiħa. Wara t-telfa kbira ta’ 4-1 li sofrew nhar it-Tnejn li għaddew kontra Bologna, tfaċċaw ħafna protesti min-naħa tal-partitarji tagħhom li qed jaraw l-ispettru tar-relegazzjoni jersaq dejjem aktar.

    Fil-fatt it-team min-naħa ta’ fuq tal-Italja jinsab biss żewġ punti bogħod miż-żona l-ħamra u b’żewġ partiti minn tmiem il-kampjonat, is-sitwazzjoni mhux daqshekk kalma.

    Wara li rnexxielhom jagħmlu jiksbu promozzjoni wara l-oħra mis-serie D għas-serie A, l-għan tal-ogħla awtoritajiet ta’ Parma kien li jsalvaw sabiex jerġgħu jistabilixxu ruħhom f’din id-diviżjoni. Huma ilhom ma jirbħu disa’ logħbiet u dawn in-nuqqas ta’ punti niżżluhom aktar ‘l isfel fil-klassifika.

    Tant kemm is-sitwazzjoni mhux daqshekk tajba li l-partitarji numerużi tagħhom irrifjutaw il-flokkijiet li offrielhom il-president Federico Pizzarotti li pprova jagħmel xi ħaġa bħala mezz ta’ rieda tajba.

    Parma fadlilhom żewġ logħbiet diffiċli kontra Fiorentina u Roma.