Daniele De Rossi bl-aħħar partita ma' Roma kontra Parma

    Permezz tal-profil soċjali uffiċjali tiegħu fuq Twitter il-klabb ta’ AS Roma ħabbar li l-aħħar partita tal-kampjonat Taljan bejn il-Giallorossi u Parma ser tkun l-aħħar waħda għall-captain Daniele de Rossi.

    F’dan il-komunikat ma ssemmietx l-idea ta’ irtirar mil-logħba tal-futbol u għalhekk ħafna qed jaħsbu li jista’ jmur jilgħab x’imkien ieħor. Dan kollu qed iseħħ sentejn wara l-irtirar ta’ Francesco Totti biex b’hekk ser tintemm era oħra ta’ plejer li libes biss il-flokk ta’ Roma għal 18-il sena sħaħ.

    Ħafna iqisu l-karriera ta’ De Rossi bħala waħda ferm brillanti li laħqet il-qofol tagħha fis-sena 2006 meta għen lit-team nazzjonali Taljan jispiċċa champions tad-dinja.

    Bħalissa hu għandu 35 sena u lagħab 458 partita mal-Giallorossi filwaqt li skorja 63 gowl. Sa żewġ partiti oħra hu jkun laħaq is-somma ta’ 460 dehra.