Man City lesti li "jisirqu" lil Joao Felix lil Juventus

    Manchester City huma lesti li “jisirqu” lil Joao Felix lil Juventus filwaqt li joffru s-somma ta’ €100 miljun lil Benfica sabiex jakkwistawh. Il-plejer ta’ 19-il sena ilu jinteressa lil Bianconeri għal dawn l-aħħar xhur iżda s’issa xejn ma kien ikkonfermat.

    Fit-trattativa jista’ jispiċċa l-player ta’ Manchester City Gabriel Jesus għalkemm dawn huma biss xnigħat.

    Joao Felix minn dejjem kien jilgħab ma’ Benfica u wara perjodu ta’ sentejn fejn kien jilgħab mat-tieni team, fil-bidu ta’ dan l-istaġun hu kien promoss għat-team tal-kbar fejn lagħab 25 partita u skorja 14-il goal.

    S’issa hu rrapreżenta lil pajjiżu sat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena iżda ħafna kritiċi tal-football Portugiż qed jgħidu li wasal iż-żmien li jibda jissejjaħ anke mal-kbar.