Sewwieq ieħor ta' mutur iweġġa'

    Karkariż ta' 33 sena weġġa' wara li kien involut f'inċident tat-traffiku bil-mutur.

    Ir-raġel kien għaddej b'mutur tal-għamla Piaggio X8 minn Triq Dun Gejtano Mannarino f'Birkirkara stess meta kien involut fil-ħabta ma' Honda Accord misjuqa minn anzjan ta' 71 sena wkoll mill-istess lokalita.

    Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.