Kampjonat BOV Premier: Min, kontra liema timijiet u fejn ġew skorjati l-495 gowl?

    Għalkemm kulħadd jaf li l-attakkant ta’ Hibernians, Taylon Nicolas Correa Marcolino, spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-BOV Premier League bi 18-il goal, ftit huma dawk li jafu kontra liema timijiet avversarji was­lu dawn il-goals u f’liema stadium. 

    Għaldaqstant, dan is-sit qed jippubblika lista ta’ 51 skorers, kontra min skorjaw il-goals rispettivi u anke l-istadia. 

    Kif wieħed jista’ jinnota, ma ġietx ip­pub­blikata l-lista kollha min­ħabba n-nuqqas ta’ spazju. 

    B’total ta’ 495 goals, f’dan il-kampjonat kien hemm 164 skorers fejn 57 kienu Maltin u 96 kienu barranin, flimkien ma’ 11-il player li bejniethom ikkommettew 14-il auto-goal.

    Il-lista tal-iskorers tat-ti­mijiet hija:

    Balzan (12 - 3 Mal­tin+9 barranin); Birkirkara (11 - 5+6); Floriana (14 - 6+8); Gzira U. (10 - 2+8); Hamrun S. (12 - 4+8); Hibernians (9 - 5+4); Mosta (13 - 4+9); Pietá H. (8 - 4+4); Qormi (11 - 6+5); Senglea A. (12 - 1+11); Sliema W. (14 - 7+7); St Andrew's (7 (2+5); Tarxien R. (9 - 5+4); Valletta (11- 3+8)

    Imbagħad il-goals mit-timijiet ġew skorjati f’din l-ordni - 143 mill-Maltin, 338 mill-barranin u 14-il auto-goal:

    Balzan (41 - 12 Maltin+29 barranin+0 auto-goals); Bir­kir­kara (33 - 21+11+1); Floriana (28 - 8+20+0); Gzira U. (42 - 7+32+3); Hamrun S. (35 - 6+28+1); Hiber­nians (54 - 21+31+2); Mos­ta (30 - 10+20+0); Pietá H. (25 - 8+16+1); Qormi (25 - 15+10+0); Senglea A. (33 - 4+29+0); Sliema W. (37 - 13+24+0); St Andrew's (22 - 4+17+1); Tarxien R. (29 - 9+18+2); Valletta (61 - 5+53+3).

    Il-goals li ġew skorjati fl-erba' stadia differenti huma:

    Stadium Nazzjonali: 188, Hibernians Stadium: 94, Victor Tedesco Stadium: 123, Centenary Stadium: 90:

    Balzan (41 - National Stadium 14; Hibernians Stadium 7; Victor Tedesco Stadium 17; Centenary Stadium 3); Birkirkara (33 - 14+5+9+5); Floriana (28 - 16+8+2+2); Gzi­ra U. (42 - 15+5+18+4); Hamrun S. (35 - 17+13+1+40; Mosta (30 - 10+5+9+6); Pietá H. (25 - 5+5+13+2); Qormi (25 - 7+3+8+7); Senglea A. (33 - 3+15+5+10); Sliema W. (37 - 14+4+6+13); St Andrew's (22 - 3+6+8+5); Tar­xien R. (29 - 9+4+10+6); Valletta (61 - 35+3+10+13). 

    Interessanti huwa l-fatt ukoll li 21 goals waslu minn 12-il captain differenti: 

    5 - Andrew Cohen (Gzira U.); 

    3 - Tyrone Farrugia (Mosta); 

    2 - Triston Caruana (Ham-run S.), Bjorn Kristensen (Hibernians), Mark Scerri (Sliema W.); 1 -  Mislav Andelkovic (Bir­kirkara), Andre Agius (Hibernians), Alessio Cassar (Qormi), Ferdinando Salvati (Sen­glea A.), Alex Muscat (Sliema W.),    Ricardo Silva Faria (Tarxien R.), Jonathan Caruana (Valletta). 

    Imbagħad, ġew skorjati 34 goal (18 mill-players Maltin) minn 25 sostitut. Dawn kienu: 

    4 - Bogdan Catalin Gavrila (Valletta)

    3 - Tensior Gusman (Qormi)

    2 - Jorge Pereira da Silva (Birkirkara/Gzira U.); Ryan Darmanin (Hamrun S.); Tylon Correa (Hibernians);  Ja­mes Brincat (Mosta); 

    1 - Andrija Majdevac, Alfred Effiong (Balzan); Jake Grech (Birkirkara); Daniel Agius, Clyde Borg, Terence Vella (Floriana);  Justin Junior Mengolo (Gzira U.); Bradley Schembri (Hamrun S.); Marco Sahanek, Heider Costa Te­norio (Hibernians); Zachary Brincat (Mosta);  Shunsuke Nakamura, James Scicluna (Pietá H.); Luke Busuttil, Iven Zammit (Qormi); Younes Marzouk, Frank Temile (Sliema W.); Kyrian Nwoko, Matteo Piciollo (Valletta).

    Barra minn hekk 344 goals ġew skorjat mit-timijiet rebbieħa, 82 waslu f'riżultati ta' draw u 69 ġew skorjati mit-timijiet telliefa. 

    Min kien l-iżgħar u l-ixjeħ skorer?

    L-iżgħar skorer kien Alex Satariano ta' St Andrew's meta naqqas id-dis­takk għal 3-1 kontra Tarxien R., fit-63 minuta, fil-Victor Tedesco Stadium, nhar l-24 ta' Awwissu, 2018, fl-etá ta' 16-il sena, 9 xhur u 30 ġurnata.  

    L-ixjeħ skorer kien Michael Mifsud ta' Birkirkara meta wkoll naqqas id-distakk għal 3-2 kontra Senglea A., fid-89 minuta,ukoll fil-Victor Tedesco Stadium, nhar is-26 ta' April, 2019, fl-etá ta' 38 ġurnata u 9 ijiem.  

    Finalment ... min kien l-aktar referee li saffar għal goals? 

    Kien Stefan Pace li saffar 51 darba f'16-il partita ... segwit minn Eman Grech (45) u Ishmael Barbara (40).