Antoine Griezmann viċin li jingħaqad ma’ Barcelona

    L-attakkant internazzjonali Franċiż, Antoine Griezmann, jinsab viċin li jingħaqad ma’ Barcelona wara li nhar it-Tlieta ħabbar li se jħalli lil Atletico Madrid.

    Dan minkejja li fis-sajf li għadda huwa ffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-Madrileni li fih kellu klawsola ta’ €120 miljun ... li l-Katalni huma lesti li jħallsu.

    Filwaqt li huwa rringrazzja lil kulħadd fil-club ta’ Atletico, inklużi l-partitarji, id-destinazzjoni ta’ Griezmann issa hija n-Nou Camp.

    Huwa kien ingħaqad ma’ Aletico mingħand Real Sociedad, fl-2014, fejn għalihom lagħab 256 partita li fihom skorja 133 goal.