Pep Guardiola jirbaħ l-unur tal-Aħjar Coach fil-Premier League

    Għat-tieni sena konsekuttiva, Pep Guardiola rebaħ l-unur tal-Aħjar Coach fil-Premier League hekk kif mexxa lil Manchester City għar-rebħ tal-kampjonat ... b’punt aktar minn Liverpool.

    Barra minn hekk, jekk nhar is-Sibt li ġej huma jegħlbu lil Watford fil-finali tal-FA Cup, Manchester City ikunu l-ewwel team fl-Ingilterra li jirbaħ it-Treble domestiku.

    Filwaqt li Guardiola esprima s-sodisfazzjon tiegħu, huwa qal: “Ninsab onorat ħafna li rbaħt dan l-unur. Irrid naqsam dan l-istess unur mal-players tiegħi minħabba li huma kienu l-protagonisti ta’ kollox, lill-istaff tekniku li kienu l-forċina tiegħi biex finalment wasalna sa dan it-tragward.

    “Irrid insellem ukoll lill-coaches l-oħra b’mod speċjali lil dak ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, li kien sfidant denju.”