Birkirkara jirbħu n-Knock-Out tan-Nisa

    Ritratt: Dominic Borg

    Mgarr United ................. 0

    Birkirkara ...................... 2

    Iċ-champions Birkirkara nkurunaw l-istaġun bir-rebħ tad-double meta fil-finali tan-Knock-Out għelbu lil Mgarr United, li spiċċaw fit-tieni post fil-kampjonat, bl-iskor ta’ 2-0.

    Filwaqt li l-Istripes rebħu t-tielet titlu konsekuttiv, huma rebħu din il-kompe­tizzjoni għal rekord ta’ 15-il darba. Dan is-suċċess kien ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun li għadda meta kienu għelbu lill-istess Mgarr bl-għoti tal-penalties b’dawn tal-aħħar għadhom qed ifittxu l-ewwel unur fl-istorja tal-club.

    Iż-żewġ goals ta’ Birkirkara waslu fl-ewwel taqsima minn żewġ daqqiet ta' ras ta' Stephania Farrugia (18) u Ann-Marie Said (35).

    Wara l-finali, il-viċi-pre­si­dent tal-MFA, Ludovico Micallef, ippreżenta t-tazza lil-captain Farrugia.

    Mgarr U.:  Rachelle Lynn Borg, Hayley Bugeja, Charlene Cassia, Abigail Camil­leri, Maia Debono, Ange­lique Schembri (Alexandra Gatt 62), Yanika Fenech, Roxanne Micallef (Raisa Calleja 55), Jasmine Vella Turner, Brenda Borg, Amber Grech (Claudette Xuereb 62) - Coach: Patrick Curmi

    Birkirkara:  Janice Xuereb, Ann-Marie Said, Stephania Farrugia, Samantha Zarb (Rebecca Bajada 72), Tracy Teuma, Alishia Sultana, Kailey Willis (Kim Parnis 86), Raina Giusti (Veronique Mifsud 52), YasmeenVella, Ylenia Carabott, Jelena Sakic - Coach: Melania Bajada

    Referee: Jason Portelli

    Assistenti: Andrea Pavia, Patrick Falzon

    Ammoniti: C. Cassia, Y. Fenech, A. Gatt (MU); S. Farrugia, A. Sultana (B)