''Fil-ħajja qatt m'għandkom taqtgħu qalbkom... Kuraġġ!''

    “Nemmen li għandi nwassal il-kuraġġ b’għemili. Fil-ħajja qatt u qatt taqtgħu qalbkom. Meta tkun tixtieq tagħmel xi ħaġa u taħdem għaliha se tasal.” Dan kien il-messaġġ tas-Surġent Simon Schembri sena wara l-inċident ikrah li ħallih jissielet għal ħajtu.

    Il-Pulizija Simon Schembri kien involut f'allegat attentat ta' qtil meta, Liam Debono, żagħżugħ ta' 17-il sena kien allegatament saq għal fuq waqt il-qagħdi ta' dmirijietu. 

    Ħafna kienu dawk li xerrdu l-aħbar li Schembri minkejja l-inċident ikrah li kien involut fih kien qaleb għall-aħjar u ma kienx għadu fil-periklu tal-mewt.

    Ftit tal-jiem ilu Schembri rritorna għax-xogħol fi ħdan l-istess Korp fejn qiegħed jgħin lis-CMRU, id-Dipartiment li jieġu ħsieb il-komunikazzjoni tal-Korp tal-Pulizija inġenerali. 

    Hu jinsab involut fi żjarat fl-iskejjel kif ukoll f'xi diskussjonijiet oħrajn.