Belti jsofri ġrieħi gravi f'ħabta f'Ħal Luqa

    Belti sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.15 p.m. fil-limiti taż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija jirriżulta li għal xi raġuni kienet seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn Taljan ta’ 31 sena residenti Birżebbuġa u vettura oħra misjuqa mill-Belti ta’ 43 sena.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lis-sewwieqa l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard it-Taljan ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ħfief, filwaqt li l-Belti ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.